logoSnap Values

Istruzzjonijiet għar-Riċerkaturi għall-Aċċess ta' Dejta

Talbiet għall-Aċċess tad-Dejta mir-Riċerkaturi skont Artiklu 40(4) tal-ASD

Jekk int riċerkatur b'għanijiet li mhux kummerċjali u tixtieq titlob aċċess għad-dejta ta' Snapchat skont Artiklu 40(4) tal-Att tas-Servizzi Diġitali (ASD) tal-UE, tista' tressaq it-talba għar-riċerka tiegħek billi tuża l-Portal għall-Aċċess tad-Dejta tal-ASD li hija mħarsa mill-Kummissjoni Ewropea.

Hekk kif Talba għall-Aċċess tad-Dejta tkun ġiet mibgħuta permezz tal-Portal għall-Aċċess tad-Dejta tal-ASD, it-Talba se tiġi riveduta u vverifikata mill-Koordinatur Olandiż tas-Servizzi Diġitali. Meta tiġi approvata, it-Talba se tintbgħat lil Snap.

Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li mhux se nipproċessaw it-Talbiet għall-Aċċess tad-Dejta li ma jintbagħtux fuq il-Portal imsemmi hawn fuq u ma jitqiesux u ma jiġux approvati mill-Ko-Ordinatur tas-Servizzi Diġitali.

Talbiet għall-Aċċess tad-Dejta mir-Riċerkaturi skont Artiklu 40(12) tal-ASD

Jekk int riċerkatur b'għanijiet mhux kummerċjali u tixtieq titlob aċċess għad-dejta ta' Snapchat skont Artiklu 40(12) tal-Att tas-Servizzi Diġitali (ASD) tal-UE, tista' tressaq it-talba għall-aċċess tad-dejta tiegħek fuq dan l-indirizz tal-email: DSA-Researcher-Access[at]snapchat.com

Imbagħad se nikkuntattjawk biex nivverifikaw li għandek il-kriterji kollha meħtieġa biex nipproċessawlek it-talba.

Il-Katalgu tad-Dejta ta' Snap għat-Talbiet skont Artiklu 40(4) u Artiklu 40(12) tal-ASD

Hawn taħt għandek lista tal-Assi Diġitali li tista' tikseb flimkien mal-binja tad-dejta u l-metadejta tagħhom:

  1. Kontenut ta' Spotlight

    • Identifikatur tal-Utent

    • Data tat-Tressiq

    • Pajjiż 

    • Dejta tar-Reazzjonijiet

    • Kodiċi tal-Kontenut

    • Ħolqa Pubblika

  2. Kontenut tal-Istejjer Pubbliċi

    • Pajjiż 

    • Identifikatur tal-Utent

    • Data tat-Tressiq

    • Kodiċi tal-Kontenut

    • Ħolqa Pubblika

  3. Kontenut tal-Istejjer tal-Mapep

    • Kodiċi tal-Kontenut

    • Identifikatur tal-Utent

    • Data tat-Tressiq

    • Pajjiż 

    • Dejta tar-Reazzjonijiet

    • Ħolqa Pubblika

  4. Kummenti ta' Spotlight

    • Kodiċi tal-Kontenut

    • Data tat-Tressiq

    • Kitba tal-Kummenti

    • Identifikatur tal-Utent

    • Pajjiż 

  5. Dejta tal-Profil Pubbliku

    • Identifikatur tal-Utent

    • Dejta tar-Reazzjonijiet

    • Ħolqa Pubblika

Modalità tal-Aċċess tad-Dejta għat-Talbiet skont Artiklu 40(4) u Artiklu 40(12) tal-ASD

Snap se jipprovdi dokument pdf jew link ta' ħażna protetta fil-cloud għall-aċċess tad-dejta.

Il-Kuntatt ta' Snap

Ir-riċerkaturi jistgħu jiktbulna fuq DSA-Researcher-Access[at]snapchat.com jekk ikollhom xi mistoqsijiet dwar dal-proċess